Ilbieraħ f’jum il-festa tal-1 ta’ Mejju, sar workshop intitolat Stewards of Change parti mill-Green Vision Summit Expo li għalih attendew xi wħud mill-iskejjel tal-programm Let’s Talk Farming. Parteċipi f’attivitajiet varji b’temi li ttrattaw kwistjonijiet marbuta mal-ambjent lokali f’Malta kien hemm studenti, ġenituri u edukaturi mill-Iskola Primarja ta’ Pembroke, edukaturi mill-iskejjel tal-Primarja tal-Ġżira u Tas-Sliema kif ukoll edukaturi, ġenituri u studenti mill-Kulleġġ ta’ San Edwardu. Fost l-elementi ewlenin ta’ din l-attività kien hemm rakkontar ta’ stejjer viżivi, diskussjonijiet fi gruppi u narrattiva dwar kreatura mitika li qed tiġi impattata mid-degredazzjoni tal ambjent. Fost temi oħra relatati mal-għoti ta’ vuċi lill-istudenti, ħolqien ta’ kultura ta’ bidla kostruttiva u sforz biex jiġu indirizzati l-isfidi dwar is sostenibbiltà, il-workshop ħoloq atmosfera li ispirat diskussjoni u azzjoni kontinwa li matulha l-parteċipanti taw il-massimu tagħhom u kkontribwixxew bis sħiħ. Fuq kollox, l-għan ewlieni ta’ dan il workshop kien li l-parteċipanti jieħdu magħhom l-ideat u jaqsmuhom mal komunitajiet tagħhom. B’hekk, kull min attenda dan il-workshop ħa lura miegħu/magħha sens intrinsiku ta’ responsabbiltà akbar u tama għal futur aktar ekoloġiku.
GSE Technologies
Sliema Primary School St Clare College
Edukazzjoni
St Clare College Gzira Primary School
St Edward's College, Malta
St Clare College Malta
... See MoreSee Less